Politika
Approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra u tliet astensjonijiet.

Fost oħrajn, ir-rapport iħeġġeġ lill-Gvern biex jibda inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ir-rapport juri tħassib dwar l-investigazzjonijiet li saru dwar il-qtil, fosthom in-nuqqas tal-Pulizija li titlob lill-Pulizija Ġermaniża għal laptop tas-sinjura Caruana Galizia li diversi xhur wara l-qtil ingħata lill-pulizija Ġermaniża mill-familja Caruana Galizia.

Ir-rapport jikkritika wkoll li ma ttieħdux passi kriminali kontra l-Ministru Konrad Mizzi wara li ġie implikat fil-Panama Papers. L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kkonkludiet li s-saltna tad-dritt f’Malta hija imminata mid-dgħufija tas-sistema għax m’hemmx il-kontrolli meħtieġa fuq l-awtorità tal-Prim Ministru. Ir-rapport jgħid li persuni bħal Konrad Mizzi, Keith Schembri u Brian Tonna jidhru li huma l’fuq mil-liġi għax jidher li jgawdu l-protezzjoni tal-Prim Ministru.

Ir-rapport li l-abbozz tiegħu kien ġie illikjat f’Mejju li għadda qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ġie kkritikat mill-Gvern Malti għax qal li huwa miżgħud b’ineżattezzi u ma jagħtix stampa vera tas-sitwazzjoni f’Malta. Il-Gvern Malti attakka wkoll il-kredibbiltà tal-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt li qal inqabad f’okkażjoni oħra li għamel dikjarazzjoni falza dwar il-każ tal-ajruplan tal-passiġġieri li twaqqa’ fuq l-Ukrajna.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar