Lokali
Approvat torri ġdid b’16-il sular f’Tigne

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett fin-naħa ta’ fuq  ta’ Tigne, li jikkonsisti f’torri residenzjali ta’ 16-il sular. Il-proġett se jsir biswit il-mina ta’ Tigne li tgħaqqad Qui-Si-Sana ma’ Triq ix-Xatt.

Fi stqarrija l-PA qalet li l-binja se tingħaqad mal-ispazju miftuħ li fih ġiet restawrata l-Batterija tal-1894, u se tinbena f’sit li diġà ġie skavat.

It-torri se jkun imqassam f’4 sulari taħt l-art li jinkludu 81 spazju ta’ parkeġġ, u 17-il sular li 7 minnhom huma rtirati ’l ġewwa u jinkludu l-bejt. B’kollox t-torri se jkun fih 63 appartament.

L-iżvilupatur irid iħallas fuq €220,000 fi planning gain li għandhom jintużaw fi proġetti ta’ tisbiħ fl-ambjent urban tal-lokalità.