Lokali
Approvata l-liġi ta’ Metsola dwar il-fruntieri tal-UE

Ir-Rapport Metsola, li jistabbilixxi liġi ġdida li tipproteġi b’mod aħjar il-fruntieri esterni tal-Unjoni, ġie approvat mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern. Dan wara ġimgħat ta’ negozjati ma’ gruppi politiċi differenti, kif ukoll ma’ stakeholders fis-settur, kemm f’Malta kif ukoll fl-Ewropa.

F’isem il-Parlament Ewropew, l-MEP Roberta Metsola se tmexxi n-negozjati dwar din il-liġi mal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE, li mistennija tiġi approvata formalment qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Il-liġi l-ġdida se tintroduċi 10,000 gwardji ġodda għall-Fruntieri u l-Kosta li se jkollhom il-poter li jiġġieldu kontra l-kriminalità bejn il-fruntieri u jindirizzaw individwi li ma jkunux eliġibbli li jidħlu mill-fruntieri tal-UE.

L-Aġenzija se tintroduċi wkoll uffiċċji antenna fl-Istati Membri, bħal Malta, li jagħmluha aktar faċli għall-Aġenzija biex taħdem fl-Istati Membri rispettivi. F’isem il-Parlament Ewropew, issa Roberta Metsola se tibda n-negozjati dwar din il-liġi mal-Kunsill.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar