Barranin
Approvata liġi kontroversjali li bidlet partijiet mill-ftehim ta’ Brexit

Il-Parlament Ingliż approva liġi kontroversjali li se tbiddel elementi mill-ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, minkejja li deputati min-naħa tal-Gvern kienu kontra din il-mossa.

Partijiet mil-liġi dwar is-suq intern se jkunu qed jiġu imposti fuq il-ftehim li ġie ffirmat mal-Unjoni Ewropea dwar l-Irlanda ta’ Fuq u l-għajnuna li tingħata mill-istat.

Il-ftehim huwa maħsub biex jipprevjeni milli jixxekkel in-negozju bejn l-erba’ pajjiżi tar-Renju Unit jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-Unjoni Ewropea. Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Boris Johnson iddeskriva l-liġi bħala lqugħ legali importanti.

Bħalissa r-Renju Unit jinsab f’perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn irid isegwi r-regoli tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar tas-sena.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Il-Prim Ministru Libjan, Fayez al-Sarraj, ħabbar li se jirrizenja sal-aħħar ta’ Ottubru. F’messaġġ televiżiv, Sarraj qal li ser ikun qiegħed iħalli l-kariga tiegħu biex din tgħaddi f’idejn awtorità eżekuttiva ġdida…

Aktar