Lokali
Approvata mill-UNESCO l-mina taħt il-Belt li se tgħaqqad Tas-Sliema mal-Kottonera

Il-UNESCO tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett ta’ tħaffir ta’ mina taħt il-Belt Valletta li tgħaqqad ix-xatt ta’ Tas-Sliema mal-Kottonera għal servizz ġdid bil-baħar.

Dan il-proġett, li ġie propost mill-kumpanija AX Holdings wara sejħa pubblika minn Projects Malta għal ideat innovattivi għal mezzi ta’ trasport, ġie sottomess lil UNESCO minħabba li l-Belt Valletta hija fil-lista tal-UNESCO bħala wirt dinji.

Projects Malta se tissokta bil-proċeduri għal proġett ta’ mina taħt l-art fil-Belt Valletta, wara li nkisbet formalment l-approvazzjoni tal-UNESCO li dan il-proġett mhuwiex ta’ theddida għall-wirt storiku u arkitettoniku tal-Belt Valletta.

Il-Ministru Konrad Mizzi li fir-responsabbiltà tiegħu taqa’ Projects Malta, qal lil tvm.com.mt li b’din l-approvazzjoni, il-Gvern se jwettaq wegħda oħra li jiffaċilita t-trasport fil-Belt b’mezzi varji ta’ trasport pubbliku, li jgħaqqad Tas-Sliema mal-Kottonera.

“Wara proċess rigoruż li analizza l-proposta ta’ AX Group, il-UNESCO ħabbru li dan il-proġett jissodisfa l-kriterji kollha biex iseħħ u li mhu se jipperikola bl-ebda mod il-Belt Valletta,” qal il-Ministru Mizzi.

Il-proġett se jkun jenħtieġ li titħaffer mina taħt l-art b’tul ta’ 800 metru, biex minnha tgħaddi dgħajsa. Dan se jfisser li s-servizz bil-baħar ikun possibbli anki jekk ikun il-maltemp.

Fi ftit tal-ġimgħat oħra mistenni jiġi ffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-Grupp Ax Holdings, li se jinvesti għaxar miljun ewro. Mistennija jkunu involuti l-inġiniera barranin li ħadmu fuq il-mini li saru bħala parti mill-proġett Nazzjonali għat-taffija tal-għargħar. Il-Grupp Ax Holdings kien qed jimmira li dan il-proġett ikun lest sas-sena 2018, meta l-Belt Valletta tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Lokali

F’konferenza stampa l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar li fit-tmintax ta’ Diċembru se jiġi separat l-irwol tal-Avukat Ġenerali hekk kif Dr. Victoria Buttigieg se tibda r-rwol ġdid tagħha bħala l-ewwel avukat…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq ġie ordnat iħallas kumpens t’iktar minn €114,000 wara li nstab responsabbli għall-mewt ta’ tifla ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010 fi Triq…

Lokali

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…

Aktar