Politika
Approvata mozzjoni għal żieda fl-ammont ta’ self bilaterali mill-gvern

Il-Kamra tad-Deputati approvat mozzjoni biex il-gvern izid is-somma li jista’ jissellef permezz ta’ arrangamenti ta’ self bilaterali miftehma ma’ gvernijiet barranin u ma’ istituzzjonijiet lokali u barranin.

Il-Ministru tal-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana, li ressaq il-mozzjoni, qal li waqt li l-ekonomija ċkienet b’1% fir-riċessjoni tal-2008 u l-qgħad jiżdied b’1,500 persuna, matul il-pandemija l-ekonomija naqset b’7% u l-qgħad żied biss b’700.

Qal li dan seħħ bis-sostenn tal-gvern bis-suppliment tal-pagi u meta l-gvern lanqas daħħal taxxi ġodda, kontra dak li qal ġara fl-2008 meta żdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-prezz taż-żejt.

Qal li l-Unjoni Ewropea qed tbassar li Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni s-sena d-dieħla.

Ara wkoll:

”Il-pajjiż gawda mill-fondi tal-UE” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni