
Sajd
Approvata skema ta’ €720,000 għas-sajjieda Maltin li jistadu għat-tonn
Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema Maltija ta’ €720,000 għas-sajjieda self-employed li jistadu għat-tonn u li ntlaqtu ħażin mill-Covid-19.
Din l-għajnuna finanzjarja se tingħata fi grants diretti u se tiġi kkalkulata abbażi tal-kwota tat-tonn mogħtija lis-sajjieda mid-Dipartiment tas-Sajd għas-sena 2020.
L-iskop ta’ din l-iskema hija biex tikkumpensa r-roħs fil-prezz tat-tonn fis-swieq u tgħin lis-sajjieda jkampaw wara li faqqgħet il-pandemija.
L-iskema mhux se taqbeż l-€120,000 għal kull benefiċjarju.