Parlament
Approvati 5 abbozzi ta’ liġi li jirriformaw il-qasam tal-Ġustizzja

Il-Parlament approva mill-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġi li jirriformaw l-qasam tal-Ġustizzja.

L-abbozzi tressqu kollha mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u se jdaħħlu fis-seħħ proposti li saru mill-Kummissjoni Venezja li wettqet żjara f’Malta f’Novembru li għadda, bir-rapport tagħha jkun ippreżentat madwar tliet xhur ilu.

L-ewwel abbozz li tressaq għall-ewwel qari jwettaq riforma fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – fejn il-funzjonijiet ċivili u kriminali li għandu llum l-Avukat Ġenerali se jiġu separati.

It-tieni abbozz jirriforma l-qasam tal-Pulizija u huwa marbut mal-ewwel wieħed.

It-tielet abbozz li kien approvat fl-ewwel qari jittratta l-kummissjonijiet kostituzzjonali waqt li r-raba’ abbozz jipproponi tibdil fl-ufficju tal-Ombudsman.

Il-ħames abbozz jitratta s-servizz pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar