Kurżitajiet
‘Aqrali Xuftejja’ u ‘What’s in the Box’ mill-ġdid fuq SERATARON tal-lejla!

Il-logħba tant popolari ‘Aqrali Xuftejja’ li tħalli lil kulħadd mifqugħ bid-daħq se terġa’ tintlagħab fis-Serataron ta’ din il-ġimgħa. Ma’ Ron u Jacqui Losco jingħaqdu Martin Sapiano, l-attriċi Lara Azzopardi u l-kantanta Marilena Gauci imma mid-dehra se jkun hemm mistieden speċjali li wkoll se jkun qiegħed jilgħab din il-logħba!

Dan tassew se jkun programm mill-aqwa għax se tintlagħab ukoll il-logħba ‘What’s In The Box?’, axxa axxa tgħid x’hemm fil-kaxxa? Il-mistednin jdaħħlu idejhom f’kaxxa misterjuża u jridu jaqtgħu x’hemm ġewwa! Ma ninsewx li jista’ jkun hemm ukoll affarijiet ħajjin. U mid-dehra Ron ħa jieħu qatgħa kbira, tgħid għalfejn?

Bħal dejjem imżewwaq bil-mużika live tal-band residenti r-Ronnies u tal-mistednin li se jkun hemm.

Programm għal familja kollha biex tibda l-weekend bl-aqwa mod. Mela llejla fl-20.50pm fuq TVM, għażla waħda, Serataron.