Kurżitajiet
Aqta’ l-bacon u x-xorb – jonqos b’40% iċ-ċans li jaqbdek il-kanċer

Il-World Cancer Research Fund (WCRF) sab li jekk wieħed jaqta’ l-konsum tal-bacon u x-xorb, iċ-ċans li jaqbdu l-kanċer jonqos b’40%.

Ir-riċerka li wettaq il-WCRF sar fuq 51 miljun persuna. Mal-bacon u x-xorb, hemm ukoll it-tipjip u l-piż żejjed li jżid iċ-ċans li joħroġ il-kanċer.

Ir-rapport jgħid ukoll li l-konsum ta’ laħam aħmar, alkoħol u soft drinks għandu jkun bil-qies.

Ir-riċerkaturi sabu wkoll li l-obeżità hija marbuta mal-kanċer tal-fwied, tas-sider, tal-prostata, tal-ħalq u l-gerżuma, il-frixa, l-osofagu, il-marrara, l-ovarji u l-ġuf.

Skont ir-riċerkaturi, mhix kwistjoni li wieħed jiekol inqas iżda li wieħed jiekol bil-qies u b’mod bilanċjat fejn id-dieta tagħna tiġi bbażata l-iktar fuq ħxejjex u prodotti friski.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu. F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu…

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Aktar