Aqta’ qisek… Oasis mhux ser jerġgħu jdoqqu flimkien

F’għeluq l-20 anniversarju minn mindu l-band popolari Ingliża, Oasis, ddebuttat bl-album ‘Definitely Maybe’ m’hu ser isir assolutament xejn bħala tifkira!

Il-ġurnal, The Sunday Newspaper, ħabbar l-intenzjoni ta’ wieħed mill-aħwa Gallaghar li kienu jiffurmaw dan il-grupp, Noel, li m’għandu ebda intenzjoni jerġa’ ikanta ma’ ħuħ Liam… saħansitra, m’aċċettax offerta ta’ £20 miljun biex jagħmel dan.

Il-grupp kien infiered fl-2009, wara ġlied kostanti bejn il-kantant Liam u ħuħ, l-kitarrist Noel, u li skont għidud jidher li m’għandu ebda intenzjoni li jerġa’ jingħaqad ma’ ħuħ fi żmien qarib.

Dawn il-flus żgur kienu se jagħmlu komdu lil Liam, li bħalissa qed jiddivorzja mill-ekssieħba tiegħu Nicole Appleton, 39, u li jidher li ser teħodlu kemmxa sew.

Ta’ min ngħidu li l-kantant Noel Gallagher reġa’ gawda minn suċċess sentejn ilu, bl-album li ħareġ għalih ‘High Flying Birds’. Attwalment Liam qed jifforma parti mill-grupp ‘Beady Eye’.

Minkejja d-diska ‘Don’t look back in anger’, il-lirika miktuba minn Noel innifsu, jidher li mhux lest jaħfer.