Barranin
ARA: 12 mejta u għexieren feruti fi splużjoni tal-gass fiċ-Ċina

Minn tal-anqas 12-il persuna nqatlu u madwar 37 weġġgħu serjament fi splużjoni f’żona residenzjali fiċ-ċentru taċ-Ċina.

L-ewwel rapporti jindikaw li l-isplużjoni fil-belt Shiyan, fil-provinċja Hubei, setgħet kienet marbuta ma’ pipeline tal-gass.

Madwar 138 persuna ġew evakwati miż-żona wara l-isplużjoni fis-6.30 ta’ filgħodu, b’rapporti jgħidu li jista’ jkun għad hemm persuni maqbuda fit-tifrik.