Kronaka
ARA: 2 tfajliet jirrakkontaw l-ewwel għajnuna li taw liż-żagħżugħ Olandiż

Sal-Ġimgħa filgħodu, Martine Knobel Haugstulen u Maria Escalda, kienu kompletament stranġieri għal xulxin. Madankollu l-inċident tat-traffiku li seħħ quddiem għajnejhom f’San Ġiljan wassal biex ħadmu flimkien biex jippruvaw isalvaw il-ħajja ta’ Tim Scholten, żagħżugħ Olandiż, li ttajjar minn karozza.

L-għada tal-inċident, iltqajt ma’ Martine li hija studenta Norveġiża u Maria li hija mużiċista Brażiljana fuq il-post fejn tmien żgħażagħ barranin ittajru mill-karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena minn Birkirkara. It-tnejn enfasizzaw li t-taħriġ li ħadu fl-ewwel għajnuna kien kruċjali biex ma ħasbuhiex darbtejn li jitilqu kollox minn idejhom u jmorru jassistu lill-midruba.

Martine Knobel Haugstulen qalet li “the first thing I did was just run to the person who was laying in the middle of the street and started CPR … I think its because I was trained to react this way. We are really strict in Norway with these kind of things so when you come in situations like this you don’t think, just react.”

Maria Escalda qalet li “my first reaction was I have to do something. I know how to do it. Don’t freak out, just do it, so I just went straight on him and we actually looked at each other, we didn’t even talk much she was already taking care of the breathing and I was doing the compression”.

Id-destin ried li Martine kienet miexja fuq il-bankina ftit passi biss ‘il bogħod minn fejn sar l-inċident u Maria kienet fil-gallarija tagħha faċċata. Spjegaw li baqgħu jagħtuh is-CPR sakemm waslet l-ambulanza b’tim mediku minn Mater Dei.

Stqarrew li “when they arrived they saw us doing CPR and saw he was kind of responding a little bit when before he was not and I continued saying we keep on going, we keep on going. When I was doing mouth to mouth I felt he was almost chocking and he was starting to breath again and we understood like we had to continue going. The paramedics were fast as well. The gave him shock and responded more”.

Television Malta hu nfurmat li Tim Scholten għadu rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fil-periklu tal-mewt kawża ta’ ġrieħi serji f’rasu.

Iż-żewġ tfajliet ġibdu l-attenzjoni li fl-iskejjel f’Malta ma jiġix mgħallem l-ewwel għajnuna. Qalu li huwa importanti li dan jibda jsir, għax darba jew oħra kulħadd jista jiffaċċja sitwazzjoni ta’ għajnuna.

Martine qalet li “if I haven’t learned this in school I don’t think I would have been capable in this situation”.

Maria qalet li “people want to help but don’t know how to help. So its important that they learn”.

L-inċident wassal biex in-Norveġiża u l-Brażiljana saru ħbieb bla ħsieb.

Intant l-għada ta’ dan l-inċident  sorsi qrib l-investigazzjoni tal-Pulizija qalu lil TVM li s-sewwieq kellu aktar mid-doppju tal-livell ta’ alkoħol permess bil-liġi. It-test sar ftit wara li seħħ l-inċident. L-istess sorsi qalu li l-Karkariż ingħata l-police bail sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet u jitressaq il-Qorti.

Ara wkoll:

FILMAT: Segwi x’għamlu l-Pulizija dalgħodu fuq il-post tal-inċident f’San Ġiljan

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar