Immigrazzjoni
ARA: 276 immigrant bejn sema u ilma jistennew li jitniżżlu l-art

Bastiment b’ 276 immigrant li ġew salvati fil-Meditteran jinsabu bejn sema u ilma jistennew li jitħallew jidħlu f’xi port.

Il-bastiment ta’ salvataġġ Spanjol, Open Arms, tella’ lill-immigranti minn fuq dgħajjes żgħar fi tliet operazzjonijiet differenti.

Fi stqarrija, l-għaqda mhux governattiva qalet li l-ewwel grupp ta’ 83 ġie salvat fit-8 ta’ Settembru, u waqt li kienu qed jistennew il-permess biex jidħlu f’xi port, tellgħu 193 persuna f’żewġ salvataġġi oħrajn.

Is-sidien tal-bastiment qed jitolbu biex il-bastiment jitħalla jidħol f’xi port.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Aktar