Lokali
ARA: 3 irġiel iħebbu għar-raġel b’wieħed minnhom isawtu b’ċintorin

Il-Pulizija qed tinvestiga aggressjoni li seħħet ilbieraħ bejn erba’ rġiel f’Buġibba.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ TVM li lbieraħ għall-ħabta tat-3.30pm irċevew rapport ta’ aggressjoni fi Triq il-Korp Tal-Pijunieri.

Xħin waslu fuq il-post il-Pulizija sabu biss raġel wieħed mill-Ukrajna li rrifjuta kemm l-assistenza medika kif ukoll li jkellem lill-Pulizija dwar il-każ.

Fil-filmat jidhru tliet irġiel jagħtu raġel, b’wieħed minnhom jagħtih b’aktarx ċintorin u raġel ieħor jipprova jtih daqqa ta’ sieq.