Barranin
Ara: 3 l-isptar u 17 arrestati wara ġlieda taħraq fl-ajruport ta’ Luton

Tliet persuni ġarrbu ġrieħi serji u ttieħdu l-isptar, u 17-il persuna oħra ġew arrestati wara li kmieni lbieraħ filgħodu kienu involuti fi ġlieda taħraq fl-ajruport ta’ Luton.

F’filmat imtella’ fuq l-internet fl-aħħar sigħat, grupp imdaqqas ta’ żgħażagħ u għadd ta’ rġiel jidhru jxejru kull xorta ta’ daqqiet lil xulxin f’nofs ajruport.

Il-pulizija arrestat 17-il persuna u sa issa ħarġet l-akkużi fil-konfront ta’ 11 minnhom.

Ir-raġuni tal-inċident għadha mhix magħrufa.