Barranin
Ara: 35% ċans aktar li jagħtik attakk ta’ puplesija jekk taħdem 55 siegħa jew aktar fil-ġimgħa

Min jaħdem 55 siegħa jew aktar fil-ġimgħa għandu riskju ta’ 35% akbar li jagħtih/a attakk ta’ puplesija u riskju ta’ 17% akbar li saħansitra jitlef ħajtu minħabba mard tal-qalb meta mqabbel ma’ min jaħdem bejn 35 u 40 siegħa fil-ġimgħa.

Dan joħroġ minn rapport ippubblikat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li juri li eluf ta’ persuni qed jitilfu ħajjithom kull sena minħabba sigħat twal ta’ xogħol.

Ir-rapport saħansitra sab li fl-2016, 745,000 persuna mietu b’attakk ta’ puplesija jew b’mard tal-qalb għax ħadmet 55 siegħa jew aktar fil-ġimgħa. Żieda, ta’ 29% mis-sena 2000 ‘il hawn.

Instab, li l-maġġoranza ta’ dawk li tilfu ħajjithom fl-2016 minħabba li ħadmu aktar min-norma kellhom bejn is-60 u d-79 sena. Persuni, li ħadmu 55 siegħa jew aktar fil-ġimgħa bejn il-45 sena u l-74. 72% minnhom kienu rġiel.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa żiedet tgħid li qed tbassar li dawn in-numri mistennija jiżdiedu minħabba l-pandemija.