Mużika
ARA: 40 mużiċist jingħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ ta’ tama

Pjazza Teatru Rjal nediet vidjow mużikali ġdid permezz tal-Malta Concert Orchestra, l-orkestra tal-istess teatru. Minħabba l-imxija tal-COVID-19, l-istaġun kulturali tal-2020 kellu jieqaf u għalhekk Pjazza Teatru Rjal għażlet li tmur hi għand in-nies permezz ta’ dan il-vidjow mużikali.

Dan il-video mużikali sar minn madwar erbgħin mużiċist mill-Malta Concert Orchestra kif ukoll uħud mill-aqwa kantanti lokali fejn intużat is-single MUSIC li John Miles kiteb fl-1976. Id-diretturi tal-orkestra Paul Abela u Joe Brown kellhom il-biċċa xogħol kbira li jikkordinaw ir-recordings tal-mużiċisti li minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti kellhom isiru b’mod individwali.

Din il-produzzjoni ttellgħet bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.