Saħħa
ARA: Abseiling mal-ħitan ta’ Mater Dei biex iferrħu tfal morda

Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda li jinsabu fi tliet swali fl-Isptar Mater Dei, Fairy Land, Disneyland, u Wonderland.

L-attività saret fil-bitħa li ddawwar is-swali biex it-tfal isegwuha mit-twieqi. Aktar tard kull tifel u tifla ngħata rigal tal-Milied biex itaffi ftit mill-gwaj tal-mard li għaddejin minnhu.

Fl-aħħar snin il-parteċipanti libsu kostumi ta’ karattri popolari mat-tfal iżda din is-sena xtaqu li jkunu Santa Klaws li jingħata prominenza ħalli l-attività iddaħħal lit-tfal fl-ispirtu tal-Milied.

Din id-darba serqet ix-xena Martina Catanzaro li għalkemm għandha sitt snin biss, ma ddejqitx tiddendel bil-ħabel minn għoli ta’ aktar minn erba’ sulari. Martina stqarret li din kienet esperjeza sabiħa għaliha.

L-iscout leader Sean Bartolo spjega li l-grupp tal-iscouts tal-Mosta li jiġbor fih aktar minn 200 membru, jaħdem biex kull sena jorganizza din l-attività bil-kollaborazzjoni mal-Amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei ħalli tkun sollevata xi ftit it-tbatija ta’ tfal u anke tal-ġenituri u l-familjari tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar