Barranin
ARA: Ajruplan jinqasam fi tnejn fl-Indja – 18 mejta

Mill-inqas 18-il persuna mietu wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Air India Express iġġarraf fl-ajruport b’190 passiġġier abbord fl-istat ta’ Kerala fl-Indja.

L-ajruplan tal-għamla Boeing 737 li kien nieżel fl-ajruport ta’ Calicut wara titjira minn Dubai, tilef il-kontroll x’ħin kien nieżel fir-runway waqt li kienet nieżla ix-xita u inqasam fi tnejn.

It-titjira kienet waħda ta’ ripatrijazzjoni li kienet qed twassal għadd ta’ Indjani lura f’pajjiżhom wara li inqabdu f’pajjiżi oħra kawża tal-pandemija.

Il-ħidma ta’ salvataġġ tlestiet, b’għexieren ta’ midruba ttieħdu l-isptar, fosthom 15 li indarbu serjament. Iż-żewġ bdoti huma fost il-mejta.