Barranin
Ara: Ajruplan jinżel b’emerġenza wara li tinqala’ biċċa mill-magna

Ajruplan tal-United Airlines kellu jinżel b’emerġenza f’Honolulu lbieraħ wara li nqalgħet biċċa mill-magna tal-ajruplan.

L-inċident seħħ madwar siegħa qabel kien skedat li jinżel l-ajruplan f’Honolulu. It-titjira saret minn San Francisco fejn qasmet l-Oċejan Paċifiku.

Il-passiġġieri qalu li semgħu ħoss qawwi imbagħad l-ajruplan beda jirtgħod.

Kelliem tal-linja tal-ajru qal li l-kaptan tat-titjira rnexxielu jniżżel l-ajruplan fl-ajruport Daniel K. Inouye mingħajr l-ebda problemi.

Abbord it-titjira kien hemm 363 passiġġier u 10 membri tal-ekwipaġġ.

L-awtoritajiet ikkonċernati għaddejjin b’investigazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-ġurnata li l-Italja hi mitluba tibgħat budget ġdid lill-Kummissjoni Ewropea, wara li dak oriġinali ma ġiex aċċettat, jidher li l-effett fuq il-bwiet tan-nies qed jinħass. Ħwienet tal-kafè f’Ruma qed jgħidu…

Barranin

Żblokk fis-saga Brexit. Downing Street ikkonferma li ntlaħaq qbil fuq livell tekniku bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea. Illejla f’Londra, Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May qed tiltaqa’ mal-Ministri  f’10…

Barranin

F’inċident traġiku li seħħ f’Treviso, l-Italja missier li kellu lil ibnu ta’ xaharejn f’idejh tfixkel f’saqajh u tgerbeb it-taraġ. Konsegwenza tal-waqa’, it-tarbija mietet wara li ħabtet rasha mal-bieb ta’ barra….

Aktar