Barranin
ARA: ‘Jisraq’ ajruplan tal-passiġġieri u jiġġarraf fuq gżira

Ajruport fl-Istati Uniti kellu jingħalaq għal xi ħin wara li impjegat tal-linja tal-ajru Horizon tajjar l-ajruport mir-runway waħdu mingħajr ma kien awtorizzat.

Dak il-ħin fuq l-ajruplan tat-tip Q400, li jesa 78 persuna, ma kienx hemm passiġġieri. Sorsi qalu li fuq ir-radju l-bdot kien jinstema’ ferħan u eċitat, bl-ewwel indikazzjonijiet ikunu li ma kienx mentalment stabbli fil-ħin tal-inċident.

Filmati juru l-ajruplan jittajjar bl-addoċċ mill-ajruport ta’ Seattle-Tacoma, bil-fighter jets li bdew isegwuh. Ftit wara l-ajruplan kien se jaqa’ fil-baħar, u iktar tard iġġarraf fuq il-gżira Ketron. L-identità u l-kundizzjoni tal-bdot għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija qalet li l-każ mhux qed ikun ikkunsidrat bħala wieħed terroristiku, u li l-bdot kien raġel ta’ 29 sena minn Seattle.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Aktar