
Televiżjoni u Radju
Ara: Akrobata u żeffiena prima minkejja li għadha ħalib ommha fi snienha
Minkejja li għad għandha 9 snin biss, Ria Gauci għadha kif uriet x’issarraf fuq il-palk tal-MFCC.
Fi sfond miksi stilel, Ria tat prestazzjoni daqstant ieħor maġika u li ssaħħrek hekk kif b’ħeffa liema bħalha u b’kunfidenza biex tbigħ irnexxielha tati spettaklu fi ftit ħin b’sempliċi ċirku mdendel fil-qalba tal-palk.
Partikolarment, x’aktarx li Ria rnexxielha tpaxxi lill-pubbliku d-dar b’għadd ta’ kutrumbajsi esegwiti bla xkiel ta’ xejn.
Tista’ tivvota għal Ria Gauci fuq 50614405.