Lokali
ARA: Aktar ma jinqabdu tard il-problemi fis-saħħa mentali aktar jikbru l-konsegwenzi

F’intervista ma’ TVM, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri Nigel Camilleri qal li meta l-problemi fis-saħħa mentali tat-tfal ma jiġux indirizzati fl-immedjat ħafna mid-drabi jwasslu għal konsegwenzi kbar.

Skont Dr Camilleri, jekk ċertu imġieba u problemi psikoloġiċi fit-tfal ma jiġux indirizzati fis-snin bikrin, dawn se jigbru f’adulti bi problemi kbar. Qal li ħafna minnhom jibqgħu dipendenti mal-ġenituri tal-ħajjithom kollha, ma jkunux kapaċi jkomplu l-iskola u jsibu xogħol b’uħud saħansitra jispiċċaw il-ħabs.

Dr Camilleri qal li l-evidenza ta’ studji li saru minn diversi esperti barranin juru li meta s-saħħa mentali tiġi indirizzata kmieni, kulħadd jibbenefika minnha – il-pazjent, ta’ madwaru u saħansitra l-Gvern. Il-psikjatra kompla jispjega li problemi fis-saħħa mentali jaf jiswew lill-gvernijiet biljuni ta’ flejjes.

Għalhekk, Dr Camilleri jemmen li Malta għandha bżonn tinvesti aħjar fis-saħħa mentali f’crisis unit kif ukoll home-based unit u sptar ġdid biex jilqa’ u jikkura l-pazjenti fih u jtaffi t-tbatija u l-piżijiet finanzjarji li din il-marda ġġib magħha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar