Turiżmu
ARA: Aktar ramel għall-Bajja tal-Għadira – avviż lill-għawwiema u l-baħħara sakemm isir il-proġett

Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex isir il-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira.  Bħala parti minn dan il-proġett se jsir tħaffir matul il-kosta kollha li hu meħtieġ biex isiru l-istudji neċessarji dwar il-materjal li hemm taħt is-saffi tar-ramel.

Fi stqarrija, Projects Malta Limited qed tavża lill-pubbliku li fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa bħalissa għaddejjin xogħlijiet u jista’ jkun hemm xi inġenji li joħolqu xi inkonvenjent b’rabta mal-proġett tal-estensjoni ta’ din il-bajja.

Ħareġ ukoll Avviż għall-Baħħara li fih intqal li ż-żona tal-għawwiema qed tiċċaqlaq minħabba dawn ix-xogħlijiet li mistennija jsiru matul dan ix-xahar (kif tindika din il-mappa) u huma ppjanati li jintemmu sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.