Lokali
ARA: Akkwista mijiet ta’ laned li n-nisa kienu jitħallsu bihom fi Strada Stretta

Fi Strada Stretta, li sas-sebgħinijiet kienet magħrufa bħala t-triq li ma torqod qatt minħabba d-divertiment bla rażan, in-nisa li kienu jaħdmu fil-ħwienet tax-xorb kienu jitħallsu b’dik li tissejjaħ landa mill-baħrin biex jaqilgħu lira żejda. F’temp ta’ 20 sena, Tony Stivala rnexxielu jakkwista mijiet minn dawn il-laned li issa sabu ruħhom fi ktieb li hu bħal ritratt fost oħrajn ta’ Strada Stretta fi żmien l-Ingliżi.

Għomru u żmienu jġemma’ minn kollox . . . imma waħda mill-aktar kollezzjonijiet għal qalb Tony Stivala hi dik tal-laned li minnhom għandu mal-500 waħda. In-nisa li kienu jiżfnu fil-ħwienet ta’ Strada Stretta kienu jingħataw waħda minn dawn il-laned meta jżommu kumpanija lill-baħrin u qabel jagħlaq il-ħanut, isarrfuhom fi flus.

Tony spjega, li għalkemm in-nisa ma kienu qed jagħmlu xejn illegali, huma kienu jħajru l-baħrin biex jieħdu drink magħhom fil-bar u ta’ dan kienu jingħataw din il-famuża landa.

”Kien ikollhom notebook żgħir biex ikollhom erba’ nisa hemmhekk biex jiżfnu u l-irġiel jibbukkjaw mara u jgħidulhom wara dik id-diska niżfen waħda. Jixtri t-tokens u jħallasha biha u hi ssarrafha filgħaxija. Tgħid għamilt 10 żifniet eżempju” kompla jgħid Tony.

Għal Tony, dawn il-laned huma parti mill-istorja soċjali tal-Maltin fi żmien l-Ingliżi.

”Kważi kważi t-tokens tal-bars kollha kienu jintużaw għall-istess raġuni. Bl-Ingliż jgħidulhom Sherry Girls imma dak iż-żmien barmaids. Ma tfissirx kelma ħażina. Illum bħalma għandek tfajla sservi wara l-bar” spjega ftit Tony.

Din il-kollezzjoni, li Tony ilu jġemmagħha 20 sena, tinkludi laned minn diversi ristoranti popolari fi Strada Stretta li kienu mfittxija ħafna mill-baħrin.

”Cicko’s kien famuż ħafna. Akkwistajt il-menu u dawn hemm ismu fuq it-tokens ukoll. Bil-prezzijiet fuqhom li kienu interessanti bħal xelin u tliet soldi u jitqassmu għall-Army, in-Navy” qal Tony.

Din il-kollezzjoni ta’ Tony sabet ruħha fi ktieb imżewwaq b’ritratti u pitturi ta’ ħwienet tax-xorb li l-aktar li kienu ffrekwentati mill-baħrin fosthom fil-Furjana u Tas-Sliema.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar