Barranin
ARA: Alligatur jaqsam it-triq bil-kalma waqt għargħar fi Florida

Għargħar f’partijiet minn Florida wassal għal xeni mhux tas-soltu, fosthom din ta’ alligatur li ħassu komdu jitla’ mix-xmara u jaqsam it-triq.

Il-filmat ittella’ fuq il-midja soċjali tlett ijiem ilu minn Everglades National Park, li qalu li l-ilmijiet ilhom ma jogħlew daqshekk f’dan iż-żmien tas-sena sa mill-1962.

Il-park qal li kawża ta’ temp tropikali l-ilmijiet għadhom qed jogħlew, u li partijiet mill-park se jkunu magħluqa għall-pubbliku.

“L-annimali fiż-żona qed jaddattaw ruħhom, l-alligaturi u s-sriep jiċċaqilqu u jsibu postijiet oħra fejn jixxemmxu,” qalet it-tmexxija tal-park b’referenza għall-filmat tal-alligatur.

Żiedet li bl-istess mod il-pubbliku jista’ jieħu l-opportunità biex jesperjenza aspetti differenti tal-park, fosthom b’mawriet fuq l-ilma.