Kultura
ARA: Andrea Bocelli jkanta quddiem il-Katidral ta’ Noto fi Sqallija

Il-vuċi tat-tenur Taljan Andrea Bocelli dwiet quddiem il-katidral ta’ Noto fi Sqallija waqt kunċert organizzat is-Sibt filgħaxija. L-għan wara l-ispettaklu li sar skond ir-regoli biex jitrazzan it-tixrid tal-pandemija, kien biex jitwassal messaġġ ta’ kuraġġ u għaqda fost is-seba’ siti rikonoxxuti mill-UNESCO fi Sqallija. It-tenur kien akkumpanjat minn orkestra u mill-kor Teatro Massimo Bellini ta’ Katanja.

F’kummenti li ta wara l-kunċert, Bocelli esprima l-imħabba tiegħu lejn Sqallija li qal ipproduċiet muziċisti kbar, u qal li kellu iċ-ċans li jkanta fuq it-taraġ tal-katidral ta’ Noto tfisser ħafna għalih.

Ara siltiet mill-kunċert: