NGOs
ARA: Anki l-Pulizija jtellqu fil-kwart ta’ mil

Kienet xena mhux tas-soltu dik tal-lbieraħ fis-sit tal-MDRA f’Ħal Far. Fost il-vetturi u l-muturi jsaħħnu r-roti tagħhom fuq il-wiċċ tat-trakka tal-ġiri, kien hemm ukoll dawk tal-Pulizija.

Diversi pulizija tellqu fil-kwart ta’ mil bil-karozzi u l-muturi tas-servizz bħala parti mill-attività tal-Malta Dragracing li qed issir matul tmiem il-ġimgħa biex jinġabru fondi għall-Blue Light Foundation.

Il-Blue Light Foundation twaqqfet fl-isfond tal-inċident tal-kuntistabbli Simon Schembri, li huwa wkoll dilettant tal-muturi, bil-għan li toffri appoġġ lill-membri tal-forzi tal-ordni li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Police Exhibition Run 2

Gepostet von Konrad D'Anastasi am Samstag, 8. Dezember 2018

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar