Lokali
Ara: Argument bejn ġirien iwassal biex anzjan jaqla’ daqqa ta’ mus f’idu

Argument bejn anzjan u raġel, it-tnejn Maltin u huma ġirien, wassal biex l-anzjan qala’ daqqa’ ta’ mus f’idejh.

Jirriżulta li l-argument li seħħ fi Triq Psaila f’Birkirkara, inqala’ meta l-anzjan waqqaf lil dan ir-raġel milli jipparkja l-vann quddiem id-dar tiegħu minħabba li jibżà li xi ħadd jista’ jidħol fil-gallarija tiegħu minn fuq il-vann.

Jidher li waqt l-argument ir-raġel ħareġ mus u ta daqqa lill-anzjan.

Il-ġlieda twaqqfet minn iben l-anzjan, bir-raġel l-ieħor jidħol lura fl-appartament tiegħu.

Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett u tal-RIU.