Kurżitajiet
ARA: Arrestat wara li jikxfu l-filmat

Żewġ tfajliet kienu qed jieħdu filmat f’post tad-divertiment fi Franza meta ġuvni ddeċieda jitfa’ xi ħaġa fit-tazza ta’ waħda minnhom.

Il-filmat tat-tfajliet irnexxielu jikxef lil ġuvni li tefa’ xi droga fit-tazza ta’ waħda minnhom. X’aktarx, id-droga li tefalha kienet dik li tissejjaħ ‘date rape drug’ li traqqad u tilluppja lill-vittma għal ammont ta’ sigħat.

Iżda mhux kulħadd qed jgħid li din hi minnha minkejja li l-Pulizija Franċiża kkonfermat li l-każ kien minnu. Bosta qarrejja qed jgħidu li din mhix vera.

Diversi sorsi qed jirrappurtaw li l-ġuvni ġie arrestat wara li t-tfajla rrappurtatu wara li ntebħet x’ġara mill-filmat.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Raġel Amerikan ta’ 60 sena spiċċa b’aħbar li ma kienx qed jistenna meta mar għand it-tabib b’dak li ħaseb kienet xi ħaġa minuri. Ir-raġel kien qiegħed jegħreq għaraq qawwi f’episodji…

Kurżitajiet

Jekk tixtieq dar għall-villaġġjatura, b’veduti tal-kampanja u l-baħar, m’hemmx għalfejn tmur ‘l bogħod ħafna minn Malta. Il-belt ta’ Sambuca fi Sqallija qed toffri din l-opportunità unika f’tentattiv biex tagħti l-ħajja…

Kurżitajiet

Kantant Afgan spiċċa kiseb il-fama waqt kompetizzjoni tal-kant bid-dehra tiegħu. Abdul Salam Maftoon, li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum billi jkanta fit-tiġijiet u l-festini, huwa fula maqsuma mal-Prim Ministru Kanadiż, Justin…

Aktar