Kronaka
ARA: Arrestat wara li ta daqqiet fuq karozzi u għamel bżonnijietu barra

Raġel ġie arrestat mill-Pulizija lbieraħ filgħaxija f’Ħaż-Żebbuġ, wara li beda jġib ruħu b’mod aggressiv ma’ numru ta’ sewwieqa.

Il-każ kien irrappurtat lill-Pulizija ftit qabel it-8.00pm, meta xi persuni marru l-għassa biex jirrapportaw li raġel kien ħarġilhom quddiem il-karozza waqt li kienu qed isuqu fl-inħawi ta’ Misraħ San Filippu.

Allegatament, meta daqqewlu l-ħorn, beda jagħti bis-sieq u bil-ponn mal-karozza.

Xhieda qalu lil TVM li r-raġel beda jagħmel l-istess ma’ sewwieqa oħra.

Il-Pulizija marru fuq il-post u arrestaw lir-raġel, li huwa barrani ta’ 43 sena.

Filmat li ttieħed minn persuni li kienu fuq il-post juri lill-istess raġel jagħmel il-bżonnijiet tiegħu ma’ siġra fil-pjazza qabel ma nġabar mill-Pulizija, li qabduh fil-fatt.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar