Kultura
ARA: Arti mhux tas-soltu fuq il-pjanċi tar-ram

Teknika partikolari u pjuttost unika waslet biex l-artist Corrado Iozia joħloq diversi kwadri li mhux biss ipaxxu l-għajn iżda anke li jibagħtu messaġġ soċjali. Il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta.

Corrado Iozia juża teknika partikolari u pjuttost unika fejn fuq pjanċi tar-ram jimmartella l-inċizjoni li jixtieq joħloq fuq in-naħa l-oħra tal-pjanċa. L-artist Sqalli mhux biss ħoloq kwadri li jpaxxu l-għajn iżda bihom anke qed jibgħat messaġġ soċjali u ambjentali. Biex l-impatt tal-inċizjoni jkun aktar viżibbli u effetti l-artist jagħżel li partijiet mill-inċizjoni jħalliha bil-kulur oriġinali tar-ram filwaqt li partijiet oħra jiżboħhom b’kuluri naturali. Iozia jagħżel ukoll li f’xi kwadri oħra jesaġera u jagħti kulur lin-natura li jwassal messaġġ skont l-esperjenza umana.

L-artist jinsisti li fl-arti tiegħu joħloq il-kwadri tiegħu fuq il-persuna umana, ispirati mill-kobor tal-bniedem iżda fl-istess ħin joħroġ il-fraġilità umana bil-għan li jfittex u jinvestiga x’inhuwa verament dak li jagħmel il-bniedem. Joħloq ukoll dimensjoni ambjentali fejn il-bniedem mhuwiex aktar distint mill-elementi naturali ta’ madwaru iżda pjuttost bil-maqlub jagħmel parti integrali minnhom.

Din mhix l-ewwel darba li Corrado Iozia, li jgħodd 74 sena, esebixxa x-xogħlijiet tiegħu fil-Gżejjer Maltin, tant li din hija s-seba’ wirja tiegħu għall-udjenza Maltija. Matul il-karriera tiegħu Iozia tella’ esebizzjoni ma’ diversi artisti ta’ livell ogħli u kienu ħafna l-kritiċi li kitbu dwar il-kwadri tiegħu li ħafna minnhom jinsabu f’kollezzjonijiet privati.

L-esebizzjoni tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta wara li l-Għaqda Filantropika Talent Mosti stiednet lill-artist Corrado Iozia iġib lejn Malta numru sostanzjali ta’ kwadri. Il-wirja ser iddum miftuħa sad-29 ta’ Settembru.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Mill-aħħar ta’ dax-xahar ser jibda l-ġbir separat tal-iskart organiku magħmul mil-fdalijiet tal-ikel li ser jibda jinġabar separat fil-borża l-bajda. Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera qal li Gvern qed jipprovdi kontenituri apposta…

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li kliem li ntqal fi tweet mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jikkostitwixxi prima facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona u talab lid-Deputat Nazzjonalista jagħmel apoloġija….

Lokali

Rappreżentanti ta’ ħames organizzazzjonijiet internazzjonali tal-midja li fl-aħħar jiem kienu f’Malta f’dik li sejħu missjoni għal-libertà tal-espressjoni, qalu li l-Gvern għandu jassigura li qed issir investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil ta’…

Aktar