Internet
Ara: Attent x’aċċess tagħti meta tniżżel app

Illum il-ġurnata, it-teknoloġija nużawha b’għajnejna magħluqa. Kważi kważi, ma ngħaddux mingħajrha tant kemm saret parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Biha, dak li jkun igawdi minn għadd ta’ kumditajiet u jinqeda f’radda ta’ salib. Fost l-aktar għodod teknoloġiċi li bosta minna sirna nużaw, hemm l-apps.

Fi ftit kliem, l-apps huma software fuq it-tablet jew smartphone ta’ dak li jkun li rnexxielhom jieħdu post għadd ta’ affarijiet li konna nużaw qabel. Fost l-oħrajn, jeżistu apps li jikkontrollaw id-dawl u l-arja kkundizzjonata ġo darek. Liema apps, spiss ikunu jaqbdu mal-internet jew man-network privat tiegħek.

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, inġibdet l-attenzjoni għall-fatt li spiss biex dawn l-apps joperaw ikollhom bżonn jingħataw aċċessi fuq id-device u li saħansitra jaf jintalab aċċess għad-data personali ta’ dak li jkun.

F’dan l-isfond, Cyber Security Malta saħqet li wieħed għandu jqis mitt darba minn fejn ġejja l-app qabel ma jniżżilha u wisq anqas jħalliha taċċessa d-data personali tiegħu kif ġieb u laħaq. Fost l-oħrajn, permezz ta’ informazzjoni bħal m’hija l-ġeolokalizzazzjoni l-kriminal jista’ faċilment ikun jaf fejn qed tkun u meta ma tkunx id-dar.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Sport

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba…

Internet

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex…

Aktar