Temp
ARA: Baħar jibla’ l-art f’Marsalforn – ix-xatt mgħerreq

Filmati li ttellgħu fil-midja soċjali fl-aħħar sigħat juru x-xatt ta’ Marsalforn mgħerreq kawża ta’ baħar qawwi li qed jibla’ l-art.

Il-baħar baqa’ tielgħa sat-tined tar-restoranti, li spiċċaw mgħerrqa. Il-qawwa tal-baħar kienet qed tħabbatha sew ma’ dik tar-riħ.

Illum l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija dwar riħ qawwi sal-10.00 tal-lejla. Ir-riħ mistenni jilħaq forza 8.

Ara wkoll:

Twissija ta’ riħ qawwi