Barranin
ARA: Balena teħel mal-moll fix-xmara Thames

Balena żgħira ta’ madwar 3 metri weħlet f’parti tal-moll tax-xmara Thames f’Londra lbieraħ, bl-isforzi biex tinqala’ jibqgħu għaddej matul il-lejl.

Il-balena, li kien irrappurtat li hija tal-ispeċi minke, irnexxielha toħroġ min ġo Richmond Lock fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Huwa rari ferm li balena tidħol daqshekk ‘il ġewwa fix-xmara. Skont uffiċjal mill-Port of London Authority, l-ebda balena qatt ma’ daħlet 90 mil ‘il ġewwa.