
Sajjieda rnexxielhom jaqbdu bil-mobile xeni rari ta’ baleni jikkaċċjaw fil-Baħar l-Aħmar, ‘il barra mill-kosta tal-Arabja Sawdija.
Il-baleni, magħrufa bħala orcas jew killer whales, dehru qed jaqbdu u jieklu denfil.
Is-sajjieda baqgħu affaxxinati bil-preżenza ta’ dawn il-ħlejjaq kbar. Il-biża’ ma naqsitx, kif jixhdu l-kummenti tagħhom meta l-baleni daħlu taħt id-dgħajjes.
L-aħħar li dawn il-baleni dehru fil-Baħar l-Aħmar kien tliet snin ilu fil-Golf ta’ Aqaba. Esperti tal-ambjent marittimu qed jappellaw għal studji li jixħtu iktar dawl fuq il-popolazzjoni ta’ dawn il-baleni f’din il-parti tad-dinja.
“He’s coming towards us.”
Saudi fishermen film killer whale eating dolphin in the Red Sea pic.twitter.com/a2Q1ypVAqb— The National (@TheNationalNews) January 20, 2021
In a rare occurrence a pac of killer whales (orca) in the Red Sea close to the city of Jeddah Saudi Arabiapic.twitter.com/6DVwe3zzh9
— فيصل ابراهيم الشمري (@Mr_Alshammeri) January 12, 2021