Barranin
Ara: Band Olandiża ssostni li Måneskin ikkuppjawlhom id-diska

Il-grupp Taljan Måneskin donnu ma jistax jieħu r-ruħ. Wara li fl-aħħar jiem il-kantant tal-grupp, Damiano David, ġie akkużat li kien qed jieħu d-droga waqt il-finali tal-Eurovision Song Contest, il-band Olandiża The Vendettas issa qed issostni li l-kanzunetta tal-grupp Taljan hija kkupjata minnhom.

Il-membru tal-band, Joris Lissens, qal li ‘Zitti E Buoni’ tixbaħ immens lid-diska ta’ The Vendettas ‘You Want It, You’ve Got It’. Kanzunetta, li saret fl-1992.

Intant, din mhux l-ewwel darba li qed jingħad li ‘Zitti E Buoni’ ta’ Måneskin hija kkuppjata. Fil-fatt, wara li l-grupp rebaħ il-Festival ta’ Sanremo, uħud xebbħu l-kanzunetta rebbieħa mad-diska ‘F.D.T.’ tal-band Anthony Laszlo.