Barranin
ARA: Baqa’ dieħel f’ċentru għall-awtiżmu fi Florida

Tfal u għalliema ħarġu jiġru maħkumin mill-paniku wara li ajruplan baqa’ dieħel f’ċentru għall-awtiżmu fi Florida.

L-inċident seħħ meta l-bdot tal-ajruplan tat-tip Cessna tilef il-kontroll bl-ajruplan baqa’ dieħel fil-binja f’Fort Lauderdale.

Il-bdot u l-passiġġier abbord l-ajruplan mietu iżda b’xorti tajba ħadd fiċ-ċentru ma weġġa’ fl-inċident.

Il-filmat juri l-ajruplan jiskiddja lejn il-binja sakemm jaħbat mal-ħajt, jisplodi u jinbela’ min-nirien.

Jidher li qabel l-inċident, il-bdot kien avża lit-torri tal-kontroll tal-ajru li l-ajruplan żviluppalu xi ħsarat fil-magna.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar