Lokali
Ara: Baqa’ jdaħħaq lin-nies minkejja li kien ibati minn dipressjoni qawwija

Il-kantant u attur komiku Joe Demicoli żvela ma’ TVM li għamel snin ibati minn dipressjoni qawwija, u li matulhom xorta kien jitla’ fuq il-palk idaħħhaq lin-nies. Joe Demicoli qal li ddeċieda li jitkellem fuq dak li għadda biex jagħmel kurraġġ lin-nies li għaddejjin mid-dipressjoni beix ifittxu l-għajnuna.

Joe Demicoli ilu fil-karriera tal-palk erbgħin sena, u f’ħafna okkażjonijiet kien jaqsam l-udjenza bid-daħk biċ-ċajt tiegħu.

Lil hinn mid-dinja tal-palk u d-daħq, Joe stqarr ma’ TVM li fl-20.10 beda jbati minn dipressjoni qawwija li kawża tagħha, lanqas biss kien ikollu aptit iqum mis-sodda.

Joe Demicoli stqarr li “għaddejna minn problema fl-2010 u kienet qed taffettwani ftit ftit u li kienet depression, dwejjaq inspjegabbli, tqum mis-sodda u tgħid uff xi dwejjaq reġa’ sebaħ.”

Joe jgħid li għamel sitt snin għaddej minn sitwazzjoni li matulhom anke l-ikel għalih sar togħma ta’ aċtu.

Minkejja d-dipressjoni, Joe Demicoli ma qatax mill-palk għaliex bih jgħid kien l-awqa mediċina biex iderri.

Joe Demicoli qal li “ħadt pirmli imma ebda pirmla ma kienet aħjar milli mikrofonu f’idejja quddiem in-nies”.

Joe qal li t-terapija tiegħu sabha wkoll f’kotba li bihom fehem li d-dipressjoni huma ħsibijiet ħżiena li trid twarrabhom.

Joe Demicoli spjega li “depression hi ħsibijiet ħżiena ġo moħħok u jsiru parti minnek, u ddaħħal ħsibijiet tajbin u tista’ tagħmilha.”

Joe huwa membru ta’ paġna fuq Facebook bl-isem ta’ Heal your Life Malta li fiha bosta nies bi sfidi mentali li jiftħu qalbhom ma’ xulxin.

Qalilna li issa li jifhem aħjar it-tbatija tal-mard mentali, se jibqa’ jikteb il-kanzunetti komiċi u jdaħħaq lin-nies għax jemmen li ċ-ċajt huwa duwa li jġib il-ferħ li jbiegħed lin-nies mill-mard mentali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar