Reliġjon
Ara: “Bħalma Ġesù ma ġġudikax ‘il Żakkew, hekk il-Knisja għandha tilqa’ lil kulħadd” – Fr Charles Tabone

Mill-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas-Sliema, għal darb’oħra, ilbieraħ Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi, bit-tama li l-messaġġ tiegħu, minkejja l-perjodu straordinarju li ninsabu fih, ma jaqax fuq widnejn torox. Liema sessjoni, ixxandret fuq TVM2, kif ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Television Malta, u li matulha, Fr Tabone indirizza, b’mod speċjali, lill-għadd ta’ persuni li ma jħossux li għandhom post fil-qalb ta’ Ġesù.

Ilkoll kemm aħna, ta’ bnedmin li aħna, spiss nidinbu jew niżbaljaw, bil-konsegwenza li nħossu li b’għemilna tlifna postna fil-Knisja, u għaldaqstant nitbiegħdu minnha.

F’dan l-isfond, Fr Tabone saħaq li l-Knisja m’għandha qatt tagħlaq il-bibien tagħha. Minflok, bħalma Ġesù Kristu kiel għand Żakkew mingħajr ma qagħad jiġġudikah, hekk il-Knisja għandha tilqa’ ‘l kulħadd ta’ li hu fi ħdanha.

Fr Tabone żied jgħid li din hi l-interpretazzjoni li qed jimxi magħha l-Papa Franġisku. Ġibed l-attenzjoni għall-fatt, li fid-dokument ‘Amoris Laetitia’, ippubblikat fl-2016, il-Papa, fost l-oħrajn, jistqarr li l-esklużjoni mhijiex il-loġika tal-Vanġelu, u li għaldaqstant il-Knisja għandha tkun imgeżwra fil-ħniena.

L-EŻERĊIZZI TAT-TNEJN 30 TA’ MARZU:-

Ara: “Ta’ qsim il-qalb l-eluf imċaħħda minn mewta li tixraq lid-dinjità umana kawża tal-Covid-19” – Fr Charles Tabone

ERĠA’ SEGWI L-EŻERĊIZZI TAT-TLIETA 31 TA’ MARZU HAWN.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Minn sena għall-oħra d-dilettanti tal-festi jkollhom seba’ mitt sena sakemm joqorbu x-xhur tas-sajf hekk kif b’mod ġenerali malli s-sħana tibda tagħmel tagħha għadd ta’ rħula madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw…

Storja

Kulħadd f’żaqqu l-ewwel ma jaħseb. Fit-Tieni Gwerra, xejn anqas. Fl-1939, il-gazzetti u l-Gvern Kolonjali taw l-impressjoni li kien hemm biżżejjed ikel maħżun għal bosta xhur f’każ ta’ gwerra. Ir-realtà, iżda,…

Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

COVID-19

Fl-isfond tal-miżuri li qed jittieħdu fir-ristoranti mindu l-ħwienet tal-ikel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, fl-aħħar sigħat l-ITS ippubblika filmat bil-għan li l-istudenti tiegħu kif ukoll min bi ħsiebu jaħdem fil-qasam tal-ikel,…

Aktar