Lokali
Aġġornat: Bħalma saret il-Fun Run jistgħu jsiru attivitajiet reliġjużi bil-protokolli stabbiliti – Fearne

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li attivitajiet reliġjużi jistgħu jsiru bħalma setgħet issir l-attività tal-Fun Run il-Ħadd li għadda bil-protokolli stabbiliti.

Dr Fearne qal dan bi tweġiba għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha sostna wkoll li s’issa f’pajjiżna m’hemmx il-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri restrittivi kif qed jiddaħħlu f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej biex jilqgħu għal mewġa oħra kbira ta’ każijiet u mwiet bil-Covid-19.

Il-Ministru Fearne saħaq li mhi qed issir ebda diskriminazzjoni bejn xi attività jew oħra u qal li l-istess protokoll li kien disponibbli għall-Fun Run, jista’ jiġi applikat għal attivitajiet oħrajn.

Qal li kull attività inkluż dawk reliġjużi li ma jsibu ebda oġġezzjoni mill-awtoritajiet tal-Kurja, jistgħu jsiru wkoll.

Il-Kurja tgħid li se tippermetti li jsiru l-purċissjonijiet tal-festi jekk jiġu approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa