Saħħa
Ara: Biddel iż-żarbun qabel ma tidħol id-dar biex tnaqqas it-tixrid tal-Covid-19

Aktar ma jmur, aktar il-każijiet ta’ Coronavirus fostna qed jiżdiedu. Sa issa, il-persuni bil-Covid-19 f’Malta telgħu għal 48.

F’dan l-isfond, l-awtoritajiet, kif ukoll għadd ta’ tobba, infermiera, u persuni involuti fil-qasam tas-saħħa, qed jaħdmu lejl u nhar, filwaqt li fost l-oħrajn ikomplu jappellaw għall-kalma, u biex dak li jkun ma joħroġx mid-dar għal xejn b’xejn anki jekk bosta għadhom qed imorru għax-xogħol, u xi qadja ‘l hemm u ‘l hawn ma tonqosx.

Kif spjega ċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Patoloġija, Dr Christopher Barbara, waqt ‘TVAM’, f’dan l-istadju tajjeb li lkoll nagħmlu l-almu tagħna biex insiru aktar midħla tal-Covid 19, biex b’hekk nassiguraw li lkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed f’dan il-mument partikolari, u nilqgħulu kemm jista’ jkun.

F’kollegament dirett mill-isptar Mater Dei, Dr Barbara ġibed l-attenzjoni għall-fatt li fost l-oħrajn nistgħu nnaqsu t-tixrid tal-virus billi nbiddlu ż-żarbun qabel ma nidħlu fid-djar tagħna. Liema ġest, huwa mod sempliċi ta’ kif wieħed jista’ jnaqqas it-tixrid ta’ mikrobi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar