Edukazzjoni
Ara: “Biex wara l-iskola tqattgħu fuq screen aħjar ikollok il-homework x’tagħmel”

Wara ġurnata skola, dak li jkun aktarx li ma jkollu aptit jaqbad xejn aktar b’idejh, jintefa’ sieq fuq sieq, u jserraħ il-menti. Madanakollu, jekk ikollok ruxmata homework x’tagħmel għall-għada, aktarx li ma tantx ikollok rasek mistrieħa sakemm teħles minnu. Il-homework, ta’ min jgħaddi mingħajru?

Fl-isfond ta’ għadd ta’ lmenti minn ġenituri b’rabta ma’ homework eċċessiv, waqt ‘TVAM’, il-Kap tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, Renzo Galea, stqarr li dak li jsir l-iskola mhux biżżejjed biex eventwalment taffaċċja ċertu eżamijiet u wisq inqas tiġri bihom. Għaldaqstant, il-Kap tal-Iskola spjega li ċertu xogħol mid-dar hu mistenni.

Is-Sur Galea żied jgħid li li kieku ma kellux jingħata biżżejjed homework, ħafna tfal, wara l-iskola, żgur li jqattgħu għadd ta’ sigħat fuq screen, u li minnhom mhu ħa jiggwadanjaw xejn.

Madanakollu, is-Sur Galea qal li l-maġġoranza tat-tfal iriduh il-homework jew jistaqsu għalih, imbasta jkun homework bilanċjat.

Filwaqt li spjega li fil-fehma tiegħu l-homework m’għandux jinqata’ għalkollox, is-Sur Galea fisser li kultant tajjeb li l-homework jkun magħmul b’tali mod li t-tfal jieħdu gost jagħmluh, minflok ma jingħataw għadd ta’ repetizzjonijiet x’jagħmlu. B’hekk, tolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda, hekk kif it-tfal qed jipprattikaw u fl-istess nifs m’humiex jiddejqu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Tfal

L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi issa ilhom ġimagħtejn li għalqu l-bibien u diversi studenti u l-għalliema bdew jużaw diversi pjattaformi diġitali sabiex l-istudenti jkomplu bit-tagħlim. Għalliema li tkellmet ma’ TVM appellat…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Aktar