Stejjer Umani
ARA: Bil-fatti turi li s-sbuħija tiġi f’kull forma

Melissa Pace li għad għandha 22 sena, toħlom li ‘l quddiem jirnexxielha toħloq linja tagħha tal-moda, biex turi lil kulħadd bil-fatti li s-sbuħija ma tfissirx il-perfezzjoni, imma li tiġi f’kull forma, daqs, u kulur.

Melissa li tbati minn kundizzjoni rari fl-għadam mit-twelid, u li kawża tagħha ma timxix, hija accountant u tinsab fil-proċess li ssir awditur. Il-pożittività tagħha u d-determinazzjoni kienu l-ingredjenti li wassluha biex tagħmel suċċess, minkejja t-tbatija fiżika tagħha.

Aktar minn hekk ftit tal-gimghat ilu mmudellat fi sfilata tal-moda. Hija qasmet dan kollu fil-programm Umani mal-ġurnalista Maria Muscat ta’ din il-gimgha.

Ara hawnhekk silta mill-intervista ta’ Melissa fil-programm Umani.

L-intervista ta’ Melissa Pace se tixxandar għada fil-programm li jibda fil-5pm, fuq TVM. Il-programm tista’ tarah dirett jew on demand fuq TVMi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Aktar