Kultura
ARA: Birżebbuġa tikser rekord tal-ikbar siġra mekkanizzata

F’Birżebbuġa lbieraħ twaqqaf rekord nazzjonali tal-ikbar siġra tal-Milied mekkanizzata u sinkronizzata. Is-siġra nbniet f’daqs ta’ 15.31 metru għoli u 6 metri wisa’.

Is-siġra, li nxtegħlet għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija waqt attività fil-pjazza ta’ Birżebbuġa, hija mgħammra b’24,000 bozza LED.

Madwar is-siġra l-kbira ntramaw għadd ta’ siġar iżgħar u arkati mdawla li nxtegħlu mas-siġra waqt spettaklu bil-mużika.

Din mhix l-ewwel sena li r-raħal ta’ Birżebbuġa ħadem biex kiser rekords b’għamliet differenti ta’ siġar tal-Milied fil-pjazza.

L-attivitajiet ta’ Milied fil-Pjazza f’Birżebbuġa jissokktaw illum.

Gepostet von Milied fil-Pjazza am Samstag, 8. Dezember 2018

Ara wkoll:

Il-Birżebbuġin qed jibnu l-ikbar siġra tal-Milied

Intant, is-sena l-oħra:

ARA: Birżebbuġa tikser rekord bl-armar tas-siġar tal-Milied

Aħbarijiet Oħra
Propjetà

Il-Bord tal-Ippjanar approva l-applikazzjoni għall-proġett ta’ Townsquare f’Tas Sliema , b’seba’ voti favur u tlieta kontra. L-applikazzjoni ġiet sottomessa mill-ġdid, wara li t-Tribunal tal-Ippjanar kien irrevoka l-permess minħabba li wħud…

Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Aktar