Annimali
ARA: Bliss, Hudson, Bud u Tim jiggradwaw għas-servizz

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam.

Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-ġurnata ddedikata għal persuni b’diżabbiltà, erbat iklieb iggradwaw bħala klieb tas-servizz. Bliss, Hudson u Bud tħarrġu bħala klieb tas-servizz ghal persuni bl-Awtiżmu u Tim bħala kelb tas-servizz għad-Dibateiċi. Il-klieb tlibsu s-sidrija blu biex issa se jibdew fażi ġdida f’ħajjithom.

Joanne Cremona mis-Service Dogs Malta Foundation qalet lil Television Malta li l-gradwati bdew it-taħriġ meta kienu għadhom ġriewi.

“L-ewwel ftit training ikun dak ta’ soċjalizzazjoni wara imbagħad jibda training aktar rigoruż, eżempju ma jitħalliex jitla’ fuq is-sufan jew inkella jmur jiġri wara kelb ieħor li jkunu over and above kelb normali.”

Is-sinjura Cremona qalet li waqt it-taħriġ l-esperti jinnutaw l-aqwa karatteristiċi tal-klieb u li abbażi ta’ dan jiġu assenjati biex jgħinu kundizzjonijiet differenti.

“Meta imbagħad nibdew naraw l-inklinazzjoni tagħhom, jekk ikollu imbagħad jibda training speċifiku u jibda l-matching tal-familja.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’diżabbiltà u anzjanità attiva, Anthony Agius Decelis tkellem dwar l-importanza tat-terapija li joffru dawn il-klieb u x-xogħol li tagħmel il-fondazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Temp

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi kultant fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ għada filgħodu

Aktar