
Lokali
Ara: Bloodline b’kanzunetta emozjonanti li tiċċelebra s-sabiħ tal-ħajja
Għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’, għadd ta’ kantanti fost l-għaxra li għamluha għal-lejla, ħejjew singles nostalġiċi, b’mod speċjali mit-tmeninijiet.
Fosthom, id-duo Bloodline, illi għadu kemm interpreta b’sinerġija emozjonanti għall-aħħar il-kanzunetta “Forever Young” tal-band Ġermaniża Alphaville. Liema diska, ħarġet fl-1984, u li fost l-oħrajn, kliemha jiċċelebra s-sabiħ tal-ħajja.
Hekk kif lissnu l-aħħar noti tal-kanzunetta, Julia Balzan u Samira Cauchi, ingħataw standing ovation mill-erba’ judges.
Tista’ tivvota għal Bloodline fuq 50614406.