Kurżitajiet
ARA: Bocelli jisraq ix-xena fl-ewwel serata tal-Festival ta’ San Remo 2019

Standing ovation għat-tenur Taljan ta’ fama mondjali Andrea Bocelli fit-Teatru Ariston ta’ San Remo fl-Italja.  Dan hekk kif Bocelli kien il-mistieden ewlieni fl-ewwel serata tal-Festival ta’ San Remo 2019 (ara l-filmat fil-link hawn isfel).

Dan l-ikbar avveniment mużikali fl-Italja, li qed jittella’ għad-69 darba, qed ikun ippreżentat għat-tieni darba mill-kant-awtur Taljan Claudio Baglioni u fl-ewwel jum tiegħu rnexxielu jattira mal-10 miljun telespettatur.

Ma’ Baglioni qed jippreżentaw ukoll il-komiċi Virginia Raffaele u Claudio Bisio.  Fl-edizzjoni ta’ din is-sena qed jieħdu sehem bosta kantanti kbar bħal Francesco Renga, Nek, Il Volo, Loredana Bertè, Anna Tatangelo, Einar u Irama.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Aktar