COVID-19
ARA: Bosta bakkru biex imorru jaqtgħu xagħarhom

Fl-ewwel ġurnata tan-negozju wara xahrejn magħluqa, hairdressers, beauticians u nail technicians kellhom ġurnata mimlija, hekk kif bosta klijenti kienu qed jistennew fuq ix-xwiek dan il-mument biex jerġgħu iħarsu lejn il-mera b’sens ta’ sodisfazzjon.

Waqt li uħud għadhom itellgħu u jniżżlu kif ser jgħixu n-normalità ġdida, fl-ewwel jum li fetħu l-ħwienet tas-sbuħija, tal-barbiera u tax-xagħar, bosta klijenti bakkru biex jinqdew, anke jekk dawn kienu meqjusa ħwienet mhux essenzjali meta ngħalqu xahrejn ilu.

Il-parrukkiera u l-beauticians kienu ilhom magħluqin mit-23 ta’ Marzu u reġgħu fetħu wara li saret analiżi tar-riskju u l-awtoritajiet tas-saħħa imponew sensiela ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex il-virus ikompli jitrażżan.

Fin-normalità l-ġdida, is-sidien ta’ dawn il-ħwienet malajr adattaw biex isegwu l-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-protokolli tas-sigurtà, maskri, sanitizers u termometri biex inaqqsu r-riskji ta’ trażmissjoni mill-Covid-19. U l-klijenti jidher li kienu jistennew u ħerqana għas-servizz tagħhom.

Ara x’kellhom xi jgħidu:

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Aktar